Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta

Sewwieq ta’ mutur residenti l-Belt Valletta sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ vettura.

L-inċident tat-traffiku seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax u nofs, fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa.

Is-sewwieq tal-mutur Yamaha V80, ta’ erbgħin sena, għal xi raġuni kellu impatt ma’ vettura Fiat Tipo li kienet misjuqa min nmara ta’ wieħed u tletin sena resident San Ġwann.

Mal-ewwel fuq il-post ġiet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.