Lokali

Tingħata n-nar il-karozza tal-ġurnalist sportiv Sandro Micallef: L-GĦĠS tikkundanna dan l-att

Ritratt: Mill-arkivji

Matul il-lejl li għadda l-karozza tal-ġurnalist sportiv Sandro Micallef li kienet pparkjata Ħaż Żebbuġ ingħatat in-nar.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira għall-ħabta tan-12.30am u fuq il-post issejħu membri tal-pulizija mir-rapid intervention unit u membri tal-protezzjoni ċivili li tfew il-karozza u n-nar li nfirex fuq karozza oħra u mal-faċċata ta’ dar residenzjali. Il-karozza allegatament tqabbdet u inqerdet għal kollox.

Intant, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-ġurnalisti membri kkundannaw dan l-att filwaqt li ngħaqdu b’solidarjeta’ miegħu, ma’ martu u ma’ wliedu u kif ukoll ma’ dawk milquta.

Dan kien it-tieni inċident ta’ karozzi li ingħataw in-nar f’inqas minn ġimgħa.