Lokali

Titjira se titlaq kważi 7 sigħat tard

Titjira ta’ Ryanair lejn Eindhoven illi kellha titlaq kmieni dalgħodu spiċċat ittardjat wara li issejħu nies minn kumpanija privata sabiex inaddfu l-ajruplan.

It-titjira kellha titlaq fis-6:40am, u issa hija skedata li titlaq fis-1:30pm.

Dan is-sit huwa infurmat li l-kwistjoni hija relatata ma nuqqas ta’ iġene abbord dan l-ajruplan.

Dan l-ajruplan niżel Malta tard ilbieraħ bil-lejl mir-Renju Unit.