Ħarġet mill-isptar iż-żagħżuha Belġjana ta’ 19-il sena li l-bieraħ ntlaqtet minn karozza li baqgħet tiela’ fuq bankina għal ġo nofs in-nies.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 tal-bieraħ waranofsinhar fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema meta xufier ta’ karozza tat-tip ‘Beatle’ għal xi raġuni baqa’ tiela’ bil-karozza fuq il-promenade.
Malli l-karozza telgħet fuq il-bankina, baqgħet dieħla f’xi sinjali li kien hemm u ħabtet mal-ħadid u ma’ bank. Fuq il-bank kien hemm bilqgħeda Olandiż ta’ 81 sena u ż-żagħżugħa li kellha tittieħed l-isptar għall-kura.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħ’Attard li ma weġġgħax.
Fuq il-media soċjali, persuni li kienu fuq il-post qalu li s-sewwieq ħassu ħażin bil-konsegwenza li tilef il-kontroll tal-karozza iżda f’kuntatt ma’ netnews.com.mt ix-xufier caħad li ħassu ħażin u qalilna li kellu ħsara fil-breakijiet.
//= $special ?>