Rapport : Stewart Said
B36 TORSHAVN…….2
VALLETTA……………1
Minkejja li tilfu barra minn darhom, Valletta għaddew ukoll għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League b’telfa barra minn darhom ta’ 2-1 kontra B36 Torshavn. B’dan ir-riżultat Valletta se jkunu qed jiltaqgħu kontra Red Star Belgrade fit-tieni rawnd.
Valletta marru viċin fl-ewwel tentattiv wara seba’ minuti meta freekick ta’ Jhonnattann ħabat mal-mimduda. Żewġ minuti wara, xutt ta’ Falcone ġie salvat minn Askham. B36 marru fil-vantaġġ minuta wara meta kien passaġġ mix-xellug fil-baxx fil-kaxxa fejn daħal HANUS THORLEIFSSON li għeleb lil Henry Bonello b’xutt fil-baxx.
Valletta ġabu d-draw fl-24 minuta meta minn kross mil-lemin ta’ Romeu Romao, FEDERICO FALCONE għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Askham. B36 marru fil-vantaġġ fis-66 minuta meta d-difiża Beltija naqset li tbiegħed il-periklu f’diversi okkażjonijiet fejn kien HANNES AGNARSSON li mill-viċin għeleb lil Bonello.
Wara dan il-gowl, il-Beltin kienu kostretti li jiddefendu l-pressjoni tal-avversarji li bdew jitfgħu blalen fit-tul fuq id-difiża Beltija, iżda l-Beltin għarfu jikkontrollaw il-pressjoni biex kisbu l-kwalifikazzjoni.
B36: T. Askham, A. Eriksen, J. Naes, O. Faero, A. Mellemgaard (P. Petersen 89’), H. Askham, A. Borg (H. Agnarsson 62’), R. Jakobsen, L. Cieslewicz, H. Eysturoy, H. Thorleifsson (S. Pingel 81’)
Valletta: H. Bonello, J. Caruana, I. Azzopardi, J. Cruz Gill, S. Malano (L. Cremona 79’), R. Briffa, F. Falcone, C. Pani, L. Aguirre (J. Borg 93’), J. Benites (M. Mifsud 88’), R. Romao
Skurja: H. Thorleifsson 10’, H. Agnarsson 66’, F. Falcone 24’ (V)
Imwissija: Naes 56’, Agnarsson 67’, O. Faero 74’, H. Bonello 67’, C. Pani 68’ (V)
Referee: Roomer Tarajev (Estonja)
Assistenti Referees: Hannes Reinvald, Neeme Neemlaid (Estonja)