Lokali

Tinfetaħ il-Fiera l-Kbira f’Montekristo

Illum infetħet il-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estates. Għal din il-Fiera qed jesebixxu madwar 220 esebitur bi prodotti differenti. Fost id-daqq tal-ftuħ mill-banda tas-soċjeta’ mużikali tal-Ġilju Mqabba wieħed seta’ jinnota ammont sostanzjali ta’ nies li attendew għal dan il-ftuħ.

Paul Abela l-President tal-GRTU kien wieħed mill-kelliema għal dan il-ftuħ. Dan laqa’ lin-nies u l-esebituri, filwaqt li saħaq li din il-fiera tiċċelebra n-negozju Malti.

Qal ukoll li din il-fiera sservi ta’ pjattaforma għan-negozjanti biex b’hekk jesebixxu x-xogħol tagħhom u għal dan il-fatt din l-esebizzjoni tista’ tagħti ħajja lin-negozji ż-żgħar.

Kompla billi qal li l-fiera għandha tibqa’ iseħħ għaliex mhux biss tgħin lin-negozji ż-żgħar imma ukoll dawk kbar. Fil- kliem tal-ftuħ, Paul Abela rringrazzja lin-negozjanti u ħaddiema li jistinkaw biex joffru prodotti u servizz ta’ kwalita’ lill-konsumatur.

Kelliema oħrajn saħqu li fiera bħal din tgħin il-katina kollha tal-ekonomija mill-konsumatur, san-negozjanti kif ukoll l-ekonomija tal-pajjiż.

Din il-fiera ser tibqa’ għaddejja sal- Ħadd 17 ta’ Lulju.