Tard bil-lejl (kmieni dalghodu ħin ta’ Malta) inqatlu 5 Pulizija. Sitta oħra indarbu fi sparatura.
Dan seħħ waqt li kienet qed issir protesta f’Dallas wara li f’din il-ġimgħa stess il-Pulizija sparaw lejn zaghzugh iswed u qatluh.
Diversi dimostranti kienu qed jimmarcaw fit-toroq ewlenin ta’ Dallas meta f’ħin minnhom instema’ sparar. Għal ħin twil il-Pulizija kienu qed jippruvaw iwaqqfu żagħżugħ li beda jispara bl-addoċċ u jhedded lill-Pulizija.
Fl-istess waqt, gew arrestati tliet persuni suspettati li ukoll kienu involuti f’din l-isparatura.
//= $special ?>