Lokali

Din l-Art Ħelwa tappella biex ma tinbeniex pompa tal-petrol ħdejn iċ-ċimiterju tat-Torok

Din l-Art Ħelwa fi stqarrija qalet li f’applikazzjoni li dan l-aħħar saret lill-Awtorita’ tal-Ippjanar qed ikun propost li fabbrika li m’għadiex tintuża fil-Marsa tinbidel f’pompa tal-petrol b’faċilita’ wkoll ta’ carwash. Iżda din il-fabbrika tinsab biswit iċ-ċimiterju tat-Torok.

Fl-istqarrija Din l-Art Ħelwa qalet li jekk l-applikazzjoni tkun approvata jfisser li se jkun hemm impatt ħażin, viżwalment negattiv, fuq iċ-ċimiterju, dan minbarra li minħabba li qed tkun proposta pompa tal-petrol jista’ jkun hemm ċertu emmissjonijiet li jħallu impatt sever fuq l-istat taċ-ċimiterju u l-istat ta’ konservazzjoni ta’ xogħol elaborat tal-ġebla fl-istess ċimiterju.

proposed

Din l-Art Ħelwa qalet wkoll li taħseb li jekk l-applikazzjoni tkun approvata, jkun ta’ diżrispett għall-komunita Musulmana f’ pajjiżna. Semmiet wkoll kif ikun ta’ diżrispett wkoll lejn dawk li qed jippruvaw jirrestawraw iċ-ċimiterju tat-Torok, jiġifieri l-Awtoritajiet Torok.

Iċ-ċimiterju nbena fl-1873-1874 u kien diżinjat mill-arkitett Emanuele Luigi Galizia. Ix-xogħol biex sar iċ-ċimiterju kien iffinanzjat kollu mis-Sultan tal-Imperu Ottoman, Abdulaziz.

Din l-Art Ħelwa qed tappella sabiex l-Awtorita’ għall-Ippjanar tirrifjuta l-applikazzjoni u tirriloka l-faċilita’ proposta f’sit differenti.

cimiterju torok 2