Lokali

Feruti gravi wara li vann spiċċa imdendel fuq il-moll ta’ Kemmuna

Żewġ Ingliżi ħelsuha ħafif wara inċident li kienu involuti fih ilbieraħ fil-bajja tal-Blue Lagoon f’Kemmuna.

Għall-ħabta tal-11:30pm il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa l-Bajja ta’ Blue Lagoon, Kemmuna.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li għal xi raġuni, vann tat-tip pick-up misjuq minn ġuvni ta’ 23 sena, kien waqa’ għoli ta’ madwar tlett metri u spiċċa fuq il-moll. Miegħu kellu passiġġier ġuvni ieħor ta’ 21 sena.

Fuq il-post ġie msejjaħ it-tim mediku, li wasal fuq il-post bl-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Iż-żewġ persuni, li huma ta’ nazzjonalita’ Ingliża, ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġew iċċertifkati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tar-Rabat, Għawdex għadhom għaddejjin.