Tal-anqas sitt persuni spiċċaw feruti mill-barrin waqt it-tlielaq tradizzjonali li saru llum, bħala parti mill-festival ta’ San Fermin, fil-belt Spanjola ta’ Pamplona.
Inqalgħu mumenti ta’ tensjoni kbira waqt it-tieni jum tat-tlielaq meta l-barrin isseparaw, u fejn uħud mill-annimali ġrew b’veloċità kbira għal fuq kulmin inzerta quddiemhom fit-toroq dojoq tal-belt.
’Il fuq minn 1,000 persuna ħadu sehem fil-bull-run tallum li dam għal sitt minuti – aktar mid-doppju tal-ħin normali. Membri tas-Salib l-Aħmar, intant, ikkonfermaw li numru ta’ nies kellhom jiddaħħlu l-isptar biex ikunu trattati għall-ġrieħi wara ‘l-konfronti mal-barrin fit-toroq’.
Il-Festival ta’ San Fermin isir kull sena bejn is-6 u l-14 ta’ Lulju biex ifakkar il-qaddis padrun tal-belt Spanjola u meta t-tlielaq mal-barrin annwali jattiraw il-mijiet ta’ eluf ta’ viżitaturi minn madwar id-dinja.
//= $special ?>