Fondazzjoni Wirt Artna fi stqarrija appellat biex l-MEPA u l-gvern iwaqqfu l’applikazzjoni li dan l-aħħar saret lill-Awtorita’ tal-Ippjanar fejn qed ikun propost li fabbrika li m’għadiex tintuża fil-Marsa tinbidel f’pompa tal-petrol b’faċilita’ wkoll ta’ carwash. Din il-fabbrika qeda biswit iċ-ċimiterju tat-Torok.
Il-Fondazzjoni qalet li jekk l-applikazzjoni tkun approvata jfisser li se jkun hemm impatt ħażin, viżwalment negattiv, fuq iċ-ċimiterju li jmur lura għall-1874. Huwa qalu li minbarra li minħabba li qed tkun proposta pompa tal-petrol jista’ jkun hemm ċertu emisjonijiet li jħallu impatt sever fuq l-istat taċ-ċimiterju u l-istat ta’ konservazzjoni ta’ xogħol elaborat tal-ġebla fl-istess ċimiterju.
Iċ-ċimiterju Musulman Tork huwa skedat bħala bini fi grad numru 1 u kien mibni wara talba li għamel is-sultan Ottoman fi żjara li kien għamel f’Malta fl-1867.
Il-Fondazzjoni tirrakkomanda li mhux biss dan l-iżvilupp propost ikun miċħud iżda wkoll li ż-żona okkupata mill-fabbrika abbandunata tiġi mwaqqa’ biex b’hekk joħroġ aktar l-istil arkitettoniku taċ-ċimiterju magħruf bħala tat-Torok.
//= $special ?>