Il-Kerċmin qed jittamaw li għada jiksru r-rekord bl-ikbar karozza dragster li taħdem bin-nar. L-Għaqda tan-Nar ta’ Kerċem se tkun qed tikkompeti biex jinkiser rekord nazzjonali b’mudell mill-isbaħ ta’ karozza dragster.
Tul tmiem din il-ġimgħa l-lokalita’ Ta’ Kerċem se tkun qed tiċċelebra l-Festa tal-Madonna tas-Sokkors u infatti din il-karozza nħadmet mill-Għaqda Dilettanti tan-Nar ta’ Kerċem ad unur il-patruna tagħhom. Il-mudell għandu qies ta’ 38 pied, u se tkun qed taħdem bin-nar, fil-lejla t’għada wkoll se jsir attentat biex il-karozza timxi distanza iktar mir-rekord preċedenti.
Il-ħarġa tan-nar tal-art se tkun tkun qed tinkludi wkoll mudell tal-faċċata tal-Knisja Ta’ Kerċem maħdum mill-injam riċiklat, b’xogħol ta’ Twanny Gauci. Dan il-mudell se jkun qed jinxtel b’diversi elementi pirotekniċi, kif ukoll ma’ sensiela oħra ta’ nar sinkronizzat.
Qarrej ta’ dan il-portal bagħat il-filmati li juru uħud mill-preparamenti li għaddejjin għal dan kollu.
//= $special ?>