Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca illum ħalliet Malta għal żjara uffiċjali ġewwa l-Awstralja.
Waqt din iż-żjara, il-President Coleiro Preca ser tkun qed tagħmel id-diskors prinċipali waqt konferenza organizzata mill-Università ta’ Flinders, intitolata ‘Enhancing child and adolescent well-being and preventing violence in school and early childhood settings’.
Il-President ser ikollha laqgħat bilaterali mal-Premier ta’ ‘South Australia’, Jay Weatherill, mal-President tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Parlament ta’ New South Wales Don Harwin, mal-Premier ta’ Victoria Daniel Andrews, u mal-Gvernatur ta’ Victoria Linda Dessau.
Il-President se tkun qed tiltaqa’ wkoll mal-komunitajiet tal-Maltin ġewwa Perth, Adelaide, Melbourne u Sydney.
Is-Sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Aġent President ta’ Malta.
//= $special ?>