Lokali

Jixkatlaw u jkaħħlu waqt li pazjenti jistennew fl-admission lounge ta’ Mater Dei

Ilbieraħ, waqt li diversi pazjenti kienu qed jistennew biex jidħlu għal operazzjoni fl-admission lounge ta’ Mater Dei, madwar sitt ħaddiema bdew jagħmlu xi xogħlijiet ta’ xkatlar u tkaħħil.

Persuna li kkuntattjat lil Net News għaddiet ritratti ta’ dak li kien għaddej ilbieraħ fl-admission lounge ta’ Mater Dei.

new sptar

sptar xoghol 4 new

sptar ghodda

Fir-ritratt jidher anzjan ta’ 84 sena li kien qed jistenna biex jidħol għal operazzjoni filwaqt li fl-istess kamra kien hemm ħafna ħsejjez, trabijiet u għodda tax-xogħol.

Waqt l-erba’ sigħat li għamlu jistennew, il-persuna li tkellem ma’ Net News qalet li l-ħaddiema bdew jaqilgħu biċċiet tal-ġibs, ikaħħlu, jużaw hot air gun u jixkatlaw. Sostna li t-trabijiet li kien hemm ma jagħmlux ġid la lil qraba tal-pazjenti li kunu qed jistennew hemm u wisq inqas lill-pazjenti nfushom. F’din il-kamra kien hemm madwar 30 ruħ li ħafna minnhom kienu pazjenti.

Wara li ttellgħet post fuq Facebook, il-persuna li tkellmet ma’ dan is-sit, ġiet ikkuntatjata u nfurmat li l-affarijiet li esperjenza lbieraħ mhumiex se jiġru darb’oħra.