Flimkien mal-kumpanija Google, il-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia, se torganizza konferenza dwar kif negozji żgħar u medji jistgħu jespandu n-negozju tagħhom billi jeħduh online.
Il-konferenza Growing and Thriving Online se tkun organizzata l-Ġimgħa 15 ta’ Lulju.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet Therese Comodini Cachia nediet din il-konferenza li se jkollha s-sehem ta’ diversi negozji f’pajjizna.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia spjegat kif illum il-ħajja diġitali saret stil ta’ ħajja ġdid għal miljuni ta’ persuni inkluż għall-Maltin u l-Għawdxin.
Waqt it-tnedija ta’ din il-konferenza permezz ta’ skype tkellem wkoll Enrico Bellini rappreżentant ta’ Google. Hu tkellem kif meta negozji jieħdu n-negozju tagħhom online ikunu mingħajr ma jafu qed joħolqu postijiet tax-xogħol ġodda.
Therese Comodini Cachia spjegat kif din il-konferenza tamalga mal-ħidma Parlamentari Ewropea tagħha. Semmiet kif illum il-ġurnata skont studji li jsiru barra minn Malta jidher kif negozji li jużaw it-teknoloġija fix-xogħol tagħhom għandhom ċans li jikbru daqs erbgħa darbiet aktar malajr minn dawk li ma jagħmlux websites jew reklamar online.
Permezz ta’ messaġġ fuq filmat tkellem wkoll il-membru parlamentari ewropew Pollakk Michal Boni li wkoll se jkun qed jattendi ghal din il-konferenza fejn se jkun qed jitkellem dwar il-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea sal-2020 f’dak li ghandu x jaqsam mal-Informazzjoni Teknoloġika u d-dinja diġitali. Boni temm jgħid li fil-futur diversi mpjiegi, madwar 90% tal-jobs, se jkunu jeħtieġu ħiliet diġitali.
Waqt il-konferenza ngħad wkoll kif il-kumpanija Google hi kommessa li teduka u toffri taħriġ lil żewġ miljun persuna madwar id-dinja sal-2017, dwar kif tikber permezz tat-teknoloġija u kif tista’ tintuża għall-ġid tal-persuna.
//= $special ?>