Mara Ewropea ta’ 28 sena li tgħix f’Malta qed issofri mill-Virus Zika. Hija ġiet ivverfikata pożittiva wara t-testijiet li għamlulha l-ġimgħa l-oħra wara li ġiet lura minn żjara li għamlet f’Nikaragwa. Fi stqarrija il-Ministeru tas-saħħa qal li l-mara li tgħix waħedha ddaħħlet l-isptar Mater Dei u nżammet f’żona iżolata.
Fi stqarrija ingħad li l-mara tinsab f’kundizzjoni tajba.
Il-Ministeru tas-Saħħa tenna li l-Virus Zika ma jiġix trasmess minn persuna għal oħra ħlief meta jkun hemm kuntatt sesswali.
Dan hu t-tieni każ ta’ Zika li ddaħlet f’Malta minn pajjiż milqut. L-ewwel każ kien f’Jannar li għadda.
Persuni li se jivvjaġġaw f’żoni infettati għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jipprevjenu li jingidmu min-nemus.
Għal aktar dettalji wieħed jista’ jċempel fuq 21324086.
//= $special ?>