Internazzjonali

RITRATTI: Paniku f’Dallas; raġel b’arma tan-nar għadu qed jhedded lill-Pulizija

Raġel suspettat għadu qed jispara lejn il-Pulizija wara li aktar kmieni inqatlu ħames uffiċjali tal-Pulizija f’Dallas. Is-suspettat jinsab f’kumpless ta’ parkeġġ fiċ-ċentru tal-belt.

Qed jiġi rappurtat illi l-Pulizija qed iwieġbu lura bi sparar.

Seba’ persuni jinsabu rikoverati l-isptar wara feriti gravi li sofrew.

Barack Obama mistenni jindirizza lill-ġurnalisti minn Varsavja fejn bħalissa qed jattendi għal summit tan-Nazzjonijiet Uniti.

(Ritratt: Los Angeles Times)