Lokali

Slovakk f’diffikulta waqt li kien qiegħed jgħum fl-Għadira, jitlef ħajtu ftit tal-ħin wara

Raġel Slovakk ta’ 62 sena tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni waranofsinhar għall-ħabta tat-15.30 sab ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa. Ir-raġel huwa residenti f’San Pawl il-Baħar.

L-Islovakk ittella’ l-art minn xi persuni li kienu qed jgħumu fiż-żona u r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn membri tas-Salib Aħmar sakemm waslet ambulanza mill-Isptar Mater Dei li ħadet ir-raġel lejn l-isptar. Sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit wara li ddaħħal l-isptar.

Il-Puliżija qed tinvetsiga dan il-każ u x’wassal għall-mewt tar-raġel u fetħet inkjesta mill-maġistrat tal-għassa mmexxija Dr M. Farrugia LLD.