Għawdex Kummerċ Lokali

Traffiku kbir fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr minħabba n-nuqqas ta’ vapur tal-Gozo Channel

Il-Ġimgħa filgħodu, traffiku kbir inġabar fil-Port taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr Għawdex, hekk kif kien hemm nuqqas ta’ vapur li qed jaħdem fil-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex. It-traffiku miċ-Ċirkewwa leħħaq sal-bajja tal-Għadira.

Il-Gozo Channel, fi stqarrija qalet li kien hemm il-vapur MV Malita  ma jistax jintuża minħabba xi ħsara li ġarrab, u li qed kellu bżonn li ssir tiswija neċessarja biex jerġa’ jibda jitħaddem.

B’hekk, minħabba li fi tmiem il-ġimgħa numru kbir ta’ Għawdxin li jkunu Malta matul il-ġimgħa jkunu jridu jużaw is-servizz tal-Gozo Channel biex imorru lura fil-gżira t’Għawdex, dan ikkawża traffiku kbir u aktar dewmien fl-operar tas-servizz. F’dan il-ħin qed jintużaw biss żewġ vapuri fil-fliegu, l-MV Ta’ Pinu u l-MV Gaudos.

Fl-istess stqarrija l-kumpanija Gozo Channel ħabbret li kien mistenni li jerġa’ jibda jitħaddem il-vapur nieqes għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar tal-Ġimgħa.

20160708_140250

netnews.com.mt tkellem ma’ xi nies li nqabdu fit-traffiku biex jaqsmu l-fliegu, u qali li damu madwar sagħtejn u nofs fit-traffiku jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur. L-istess persuni stqarru li minħabba n-nuqqas ta’ organizazzjoni minn naħa tal-Gozo Channel, li jafu li nhar ta’ Ġimgħa numru ta’ Għawdxin ikunu jiddependu minn dan is-servizz, kellhom ibagħtu l-konsumaturi li bagħtew id-dewmien twil fit-traffiku u fis-sħana.

“Naħseb li kieku kont turist, kienet tkun tal-ewwel u tal-aħħar hawnhekk”, kien dan il-kliem ta’ persuna maqbud fit-traffiku fiċ-Ċirkewwa, b’referenza ċara li minħabba dan in-nuqqas ta’ servizz se jsoffri l-kummerċ f’Għawdex minħabba li t-turisti ma jistawx jaċċessaw il-gżira.

Dan l-avveniment, kompla saħħaħ l-argument ta’ dawk kollha li huma favur li ssir mina permanenti bejn il-fliegu ta’ Malta u Għawdex, sabiex nuqqasijiet bħal dawn minn naħa tal-kumpanija ma jsirux u konsegwentament ma jbagħtux r-residenti u l-ħwienet Għawdxin.

13582368_10154282635328582_460122699_o