Lokali

Żewġ nisa jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Inċident mhux tas-soltu seħħ ilbieraħ f’Dellimara fejn karozza spiċċat f’għalqa. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30pm.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fil-post, fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li mara ta’ 66 sena residenti ż-Żejtun, tilfet il-kontroll ta’ vettura tat-tip Peugeot 106, qabżet ħajt tas-sejjieħ u baqgħet dieħla ġo għalqa.

Fil-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lix-xufier u lill-passiġġier l-isptar Mater Dei għall-kura medika. Il-passiġġier li għandha 66 sena, ukoll residenti ż-Żejtun, ġiet iċċertiifkata li qed issofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier qed issofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.