Saħħa

Appell urġenti għall-għoti tad-demm speċjalment dak ‘O+’

Li wieħed jitlob u jappella għall-għoti tad-demm qatt mhu biżżejjed.

Ir-riserva tad-demm niżlet ħafna u għalhekk tinħtieġ li titla’ b’mod immedjat. Għaldaqstant, is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għall-għoti tad-demm ta’ kull grupp, għalkemm l-aktar li huma meħtieġa bħalissa huma dak tal-gruppi ‘O+’.

Iċ-Ċentru qed ifakkar lil kulmin hu b’saħħtu, jixtieq u jista’ jagħti d-demm biex imur fiċ-Ċentru, li jinsab fi Pjazza San Luqa fi Gwardamanġa u jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti. Tinsewx il-karta tal-idendita’ u t-tfal zgħar iridu jkun hemm adult ieħor jieħu ħsiebhom. Huma miftuħin kuljum mit-08.00 sas-18.00 inklużi l-Ħdud

Filwaqt li jappella biex min ikun se jagħmel dan idealment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll, iċ-Ċentru jappella lil dak li jkun jagħmel il-kuraġġ għax b’dik il-pinta demm jista’ jsalva ħajja.