Lokali

“Ħajjin mill-Ġdid” – Il-Caritas tħejji għall-aktar ħidma fi ħdan is-soċjeta’.

“Għalfejn it-tema ‘Ħajjin mill-Ġdid’? Minn fejn oriġinat l-idea li s-simbolu ta’ din is-sena tkun pjanta żgħira li qed tikber minn fost ix-xewk? Għalfejn l-ħaddiema din is-sena ħass il-bżonn li l-istage jinħadem minn materjal riċiklat li għal ħafna kien ġie skartat? Xi tfisser li minn biċċa materjal skartat sar palk sħiħ u sabiħ? L-istage tal-lejla jirrappreżenta l-mixja tal-persuna li qabdet vjaġġ li minn sitwazzjoni mfarrka bdiet tgħaqqad il-biċċiet, bdiet issib lilha nnifshaf’komunità sħiħa” Dan kien il-bidu tad-diskors tad-direttur tal-Caritas Leoinid Mackay fejn tulu esprimha t-tama li l-Caritas tagħti lil vittmi li hija tgħin.

F’serata ta’ gradwazzjoni l-Ġimgħa filgħaxija l-Caritas iċċelebra l-persuni li ħadu ħajjithom mill-ġdid, persuni li għelbu d-diffIkultajiet li sabu quddiemhom. Fost it-temi msemmija fid-diskors Mackay tkellem li l-bniedem dan l-aħħar sar jibża jafda u jibda’ jfittex kif se jimla dan il-vojt, ġieli fost l-oħrajn il-bniedem jfittex dan fid-droga. Skont id-direttur tal-Caritas huwa qal li aktar nies qed ifittxu l-għajnuna fejn huma l-ħafna li qed jaqaw għall-vizzju tad-droga speċjalment fis-sustanza tal-eroina. Fortunatament huwa qal li f’Malta għandna network ta’ servizzi li qed iwieġbu għal dan il-bżonn partikulari tad-dipendenza fuq l-eroina. Dan ifisser li l-persuna tista’ ssib l-għajnuna immedjatament.

Mackay qal li t-tiġdid mhux biss hu bżonjuż iżda huwa proċess inevitabbli għall-bżonnijiet tal-lum fil-qasam tal-użu problematiku tad-droga. Huwa qal li li l-ħaddiema tal-Caritas huma xhieda tal-agunija li jgħaddu minnhom il-vittmi tad-droga u ħeġġeġ lil kulħadd biex jeħles mill-ħsieb tal-użu tad-droga. Hu qal li qed isir sforz biex il-persuna li tkun qed tiskonta sentenza ta’ ħabs relatata ma’ droga tmur għand il-Caritas fl-aħħar tas-sentenza jew inkella qabel tkun eliġiblli għall-‘parole’. Dan biex jiġi evitat il-pjaga li wieħed ikollu jmur lura l-ħabs wara l-programm.

Id-direttur qal li teżisti lakuna fis-servizzi fejn jidħlu żgħażagħ taħt it-tmintax-il sena li qed jabbużaw minn xi sustanzi fejn għal numru ta’ snin issa ilu jinħass il-bżonn minn diversi professjonisti fil-qasam, inkluż il-ġudikatura, biex isir xi ħaġa. Huwa qal li l-Caritas qed tikkommetti ruħha li tkompli tesplora aktar biex dan is-servizz għall-minorenni li qed jabbużaw minn sustanzi illeċti jsir realtà. Mackay qal li hemm sfida oħra f’dan is-servizz, dak tal-aftercare fejn huwa inutli li ninvestu ħin, flus u enerġija fuq is-servizzi jekk dan wara majkunx segwit minn sapport kontinwu. Huwa qal li minkejja li persuna tkun għamlet proċess ta’ bidla, it-triq tkun għadha twila.

Huwa għalaq billi qal li d-direzzjoni tal-Caritas li tmur fit-trufijiet tas-soċjetà, għaliex hemm il-fqir veru jinħeba. Huwa qal li fis-skiet tax-xogħol tagħhom huma se jibqgħu juru mħabbithom u se jibqgħu iwettqu bosta episodji u ġesti sbieħ biex bħala grupp jgħinu kemm jista’ jkun nies.