Lokali

“Ħu ħsieb lit-tfal mill-ġenna” – xokk wara l-mewt ta’ Andre Debattista

Fuq il-media soċjali ħafna esprimew xokk għall-mewt ta’ Andre Debattista, missier ta’ żewġt itfal li dalgħodu tilef ħajtu wara li ttajjar fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.30pm. Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tabib li nzerta kien għaddej mill-post, iżda kien kollu għalxejn.

Mal-aħbar tal-mewt ta’ Andre Debattista, il-qraba u l-ħbieb tiegħu esprimew sogħba għall-mewt ħabta u stabta tiegħu.

“Ħu ħsieb lit-tfal, lill-mara u lill-ġenituri tiegħek mill-ġenna” jgħid wieħed mill-kummenti, “żgur hemm qiegħed għax kont raġel ta’ veru”.

Fuq il-paġna ta’ MaltaRightNow.com fuq Facebook, qariba ta’ Andre kitbet hekk: “illum ninsab imbikkma li tlift kuġin tiegħi bi traskuraġni f’inċident il-Mellieħa. Kien mat-tifla l-Għadira, miexi,” waqt li żiedet li jeħtieġ li fit-toroq jintwera rispett akbar lejn “il-proxxmu innoċenti”.

Agħfas hawn għal rapport dettaljat ta’ dak li seħħ dalgħoud.

Ritratt: Facebook