Lokali Qorti

Jimbotta Pulizija minn fuq mutur talli kien se jtih ċitazzjoni

Raġel li ma riedx jobdi Pulizija spiċċa l-Qorti wara li r-raġel imbotta lill-Pulizija minn fuq il-mutur li kien fuqu.

Fl-inċident li kien seħħ, u li spiċċa l-Qorti, il-Pulizija ordna lir-raġel biex ineħħi l-karozza minn fuq ‘double-yellow line’ fil-Gżira. Hekk kif il-Pulizija kien se jagħti ċitazzjoni lir-raġel talli m’obdiex, ir-raġel imbotta lill-Pulizija minn fuq il-mutur li kien fuqu.

Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li rreżista u weġġa’ ħafif Pulizija u li għamel ħsara fuq mutur tal-Pulizija. Wara li l-Qorti ma tatx il-libertà proviżorja, ir-raġel qal li kien se jammetti l-akkużi kontrih.

Ritratt: Arkivji