Qorti

Jinżamm arrestat wara serqa ta’ €3,950 fl-Imsida

Dejan Lijeskic ta’ 39 sena tressaq il-Qorti b’arrest u ġie akkużat li għall-ħabta tal-5 tas-Sibt filgħodu seraq €3,950 fi flus kontanti min-ħanut tal-logħob fi Triq ix-Xatt fl-Imsida.

Huwa ħarab minnufih minn fuq il-post iżda nqabad ftit wara mill-puliżja f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata, il-Gżira, fejn kien qed jistaħba.

Quddiem il-Maġistrat Depasquale huwa ċaħad l-akkużi mressqa kontrih u l-avukat tiegħu qal li l-akkużat mhux se jagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk bħalissa qed jinżamm taħt kustodja min-naħa tal-puliżija.