Internazzjonali

Kritika għall-Ungerija fil-kriżi tal-immigranti

epa04931863 Migrants shout slogans at the closed railway border crossing between Serbia and Hungary, near Horgos, Serbia, 15 September 2015. Hungary declared a state of emergency in two counties along its border with Serbia, after it used a boxcar fitted with razor wire to block a major entry point there. Declaring the state of emergency paves the way for parliament to allow the army to reinforce police along the border, as new measures to crackdown on refugees go into effect. EPA/BALAZS MOHAI HUNGARY OUT

Kważi 1,300 immigranti jinsabu spiċċaw iżolati, fost kundizzjonijiet mill-agħar, fiz-zona tal-fruntira bejn l-Ungerija u s-Serbja. Dan wara li l-Ungerija imblukkat l-aċċess għall-istess immigranti, fost il-kritika għal Budapest min-naħa tal- Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

Kelliema għall-UNHCR qalu li l-awtoritajiet Ungeriżi qabbdu madwar 10,000 pulizija u suldati biex jagħlqu l-fruntiera. L-aġenzija, intant, espremiet l-inkwiet li l-immigranti qed ikunu sfurzati, illegalment, biex jirritornaw mill-Ungerija lejn is-Serbja.

Żdiedu mill-ġdid l-immigranti li qed jivvjaġġaw mir-reġjun tal-Balkani, skont l-aħħar statistika min-NU. Dan meta l-miżuri ġodda li introduċiet l-Ungerija tippermetti lill-qawwiet tagħha biex jirritornaw immigranti li jkunu vvjaġġaw mis-Serbja u li jinżammu xi 8 kilometri ‘il hinn mill-fruntiera.

Il-Gvern Serb, sadanittant, qed jakkuża lill-Ungeriżi dwar ksur tal-liġi internazzjonali. Fl-istess ħin, kelliema għall-UNHCR f’Budapest huma preokkupati ħafna dwar il-prattika u kundizzjonijiet perikoluża li qed jiffaċċjaw l-immigranti mal-fruntiera.

Skont in-NU, mijiet ta’ immigranti li spiċċaw iżolati fuq in-naħa Serba tal-fruntiera jinsabu mingħajr forom ta’ kenn jew mezzi ta’ sanità.