Lokali

Serqa fl-Imsida – raġel qed jiġi miżmum mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Ritratt: Mill-arkivji

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.00 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, l-Imsida.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit kif ukoll mid-Distrett tal-Imsida marru immedjatament fuq il-post fejn seħħet is-serqa. Minn investigazzjonijiet preliminari irriżulta li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut tal-logħob u l-ħalliel ħarab minn fuq il-post. Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan, għamlet ronda fl-inħawi. Ftit wara, eżattament f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata, il-Gżira, ġie innutat raġel li aktarx kien involut fis-serqa. Ir-raġel qed jiġi miżmum mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Waqt il-każ insterqet somma ta’ flus kontanti, liema ammont huwa konsiderevoli. Waqt is-serqa il-ħanut kien magħluq.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għadhom għaddejjin.