Internazzjonali

FILMAT :Matador jitlef ħajtu fi ġlieda ma’ barri

Fi Spanja, matador spiċċa tilef ħajtu meta sofra xebgħa qrun ta’ barri f’Teruel, f’Aragona fi Spanja waqt ġlieda li kienet qegħda tixxandar live fuq it-televiżjoni Spanjola.

Il-matador, Victor Barrio ta’ 29 sena kien meqjus wieħed mill-aqwa matadors fi Spanja u huwa l-ewwel matador li tilef ħajtu fi ġlieda sa mill-1985 meta Jose Cubero Sanchez magħruf bħala El Yiyo’ kien tilef ħajtu. Barrio ma mietx mill-ewwel u ttieħed l-isptar għal kura iżda tilef il-battalja mal-mewt ftit tal-ħin wara. Storiċi jgħidu sa mill-1700 tilfu ħajjithom 533 ġellied tal-barrin fi Spanja waqt ġlieda kontra barri.

Filwaqt li fortunatament inċident bħal dak li fih tilef ħajtu Barrio meta l-barri, Lorenzo, bil-qrun tah daqqa f’sidru, inċidenti fejn nies jisfaw feruti mhumiex rari. Fl-2013 biss 31 matador soffrew xi ġerħa, li varjaw minn ġrieħi ħfief għal ġrieħi li ħabba fihom il-matador kien fil-periklu tal-mewt.

Dan l-inċident ma’ kienx l-unika wieħed fatali fi Spanja il-bieraħ hekk kif żagħżugħ ta’ 28 sena tilef ħajtu meta tniffed minn qrun ta’ barri waqt it-tiġrijiet tal-barrin fil-villaġġ ta’ Pedreguer qrib Valencia.

TWISSIJA TA’ FILMAT GRAFIKU