Fil-finali mill-isbaħ tal-EURO 2016 li ntlagħbet illejla fl-iStade de France f’Pariġi, it-tim nazzjonali Portugiż rebaħ bl-iskor ta’ 1-0 kontra Franza wara l-ħin barrani
Għal Portugall dan kien l-ewwel unur li qatt rebħu f’kompetizzjoni maġġuri filwaqt li ċaħħdu lill-Franċiżi li jirbħu t-tielet unur u jingħaqdu mal-Ġermanja u Spanja bħala l-aktar timijiet li rebħu l-kompetizzjoni.
Il-gowl deċiżiv wasal fil-109 minuta b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa tas-sostitut Eder li għeleb lil Hugo Lloris.
Il-Finali tmexxiet mir-referee Ingliż Mark Clattenburg, li kien ukoll ir-referee fil-final tal-UEFA Champions League f’Mejju li għaddiet bejn Real Madrid u Atletico Madrid.
//= $special ?>