Għawdex Lokali

Raġel iweġġa wara waqa

Kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu raġel sofra ġrieħi wara li waqa` minn xi għoli waqt li kien fuq scaffolding li kienet armata f’għalqa fi Triq il-Kalandrijiet, Kerċem.

Minn investigazzjoni preliminari li għamlu il-Pulizija, irriżulta li r-raġel, waqa` madwar 15-il pied għoli wara li prova jitfi struttura li kienet ħadet in-nar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 44 sena residenti Kerċem stess l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.