Numru ta’ persuni li tkellmu ma’ NETnews.com.mt esprimew ir-rabja tagħhom għall-fatt li għal ġranet sħaħ, munzelli kbar ta’ żibel qed jiddominaw it-toroq u l-bankini f’Birkirkara.
Ir-ritratti li qed jippubblika dan is-sit ittieħdu fl-aħħar jiem f’numru ta’ toroq f’Birkirkara, fosthom qrib il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara, fi Triq l-Imrieħel, Fi Triq Psaila u fi Triq Ġenestre (qrib il-Knisja l-Qadima).
Filwaqt li l-ġbir taż-żibel huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, huwa fatt li bosta Kunsilli Lokali – inkluż dawk b’maġġoranza Laburista (bħall-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara), mhux qed jingħataw biżżejjed fondi mill-Gvern ċentrali.
Dan qed iwassal għal numru kbir ta’ ilmenti mir-residenti li qed igergru għall-fatt li għal ġranet sħaħ, iż-żibel qed jiddomina t-toroq, kif jidher ċar fir-ritratti.
//= $special ?>