Il-plejer Portugiż Ronaldo illejla qasam ħafna qlub, dan hekk kif fit-8 minuta tal-finali tal-Euro 2016 kontra Franza, daħla kerha fit-8 minn Payet fuq l-istess Ronaldo, waslet biex il-plejer weġġa’ serjament u ma setax ikompli jilgħab f’din il-finali tant importanti.
Ronaldo sejjeħ għat-tobba darbtejn u prova jilgħab, iżda fil-25 minuta rrealizza li kien weġġa’ serjament u l-uġiegħ kompla jippersisti u għaldaqstant, Ronaldo talab li joħroġ mill-partita.
Fuq wiċċ ROnaldo kien evidenti d-diżappunt li kellu jieqaf jilgħab f’din il-finali daqshekk kmieni.