Sewwieq ta’ mutur ta’ 27 sena, residenti Raħal Ġdid, tilef ħajtu f’ inċident tat-traffiku taħt il-mini ta’ Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21.15, meta għal xi raġuni, iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur, b’konsegwenza li baqa’ dieħel fil-ħajt. Flimkien mas-sewwieq, fuq il-mutur kien hemm passiġġiera tfajla li ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura. Iż-żagħżugħ, mad-daqqa, spiċċa f’nofs ta’ triq. Iż-żagħżugh miet fuq il-post tal-inċident. Il-kundizzjoni tat-tfajla mhix magħrufa
Il-mina, direzzjoni lejn San Ġiljan, għamlet xi ħin magħluqa għat-traffiku.
Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>