Lokali

Tifel ta’ 7 snin isofri ġrieħi gravi

Ritratt: Arkivji

Tifel ta’ 7 snin sofra ġrieħi gravi meta ntlaqat minn vettura f’inċident stradali fi Triq ix-Xatt, Sliema.

It-tifel ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45 ta’ filgħodu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.