Internazzjonali

Mewġa ta’ sħana fl-Italja

epa05416925 Tourists during a warm and sunny day in Rome, Italy, 09 July 2016. The heat wave gripping Italy is set to intensify, meteorologists said Friday. During the course of the weekend temperatures will exceed 35 degrees Celsius in various parts of the country, with high humidity. EPA/GIUSEPPE LAMI

Fl-Italja imma anki fil-pajjiżi ġirien fosthom l-Iżvizzera, bħalissa qed tagħmel sħana kbira u fil-każ tal-Italja din il-mewġa ta’ sħana mistennija tkaxkar ġimgħa.
Dan il-fenominu tat-temp, li kien imlaqqam ‘Nerone’ mit-Taljani wassal biex mit-Tnejn kien hemm temperaturi ta’ madwar 37 grad Celsius f’Ruma u Firenze filwaqt li f’Bologna u Verona kien hemm temperatura ta’ 36 grad Celsius. Fi bliet oħra Taljani, it-temperatura qabżet it-30 grad.