Il-Qorti tiddeċiedi li aktar barranin li m’għandhomx dritt li jivvotaw iżda li ddaħħlu fir-reġistru elettorali b’mod irregolari jinqatgħu minn fuq ir-reġistru elettorali.
Quddiem il-qorti bħalissa ghaddejjin il-proceduri li beda l-PN biex mir-reġistru elettorali jinqatgħu 91 barrani li xtraw il-passaporti Malitn u li b’mod abbużiv iddaħħlu fir-reġistru biex jivvutaw meta ma kellhomx dritt ghall-vot. F’żewġ seduti li s’issa nstemgħu l-PN ingħata raġun b’disa kawżi mid-disa deċiżi. Il-kumplament tal-rikorsi se jkompli jinstmgħu fil-ġranet li ġejjin sakemm jinstmgħu l-91 rikors li ressaq il-PN.
Fir-riskors l-PN qed isostni li l-iregolarita’ twettqet mill-uffiċċju Elettorali li qed jibbaża l-pożizzjoni tiegħu fuq informazzjoni ta’ Identity Malta li min-naħa tagħha mhix qed tonora l-obbligi tagħha li kull xahar tippubblika l-ismijiet tal-persuni li jkunu ingħataw iċ-ċittadinanza.
//= $special ?>