Fir-Renju Unit, Andrea Leadsom tħabbar li mhux se tikkontesta għat-tellieqa tal-Kap tal-Partit Konservattiv u Prim Ministru tar-Renju Unit.
It-tiġrija kienet bejn Leadsom u l-Membru Parlamentari Theresa May, intemmet hekk kif f’konferenza stampa ħabbret li se tkun qed tappoġġja lill-istess May. Hi qalet li fl-interess nazzjonali se tirtira milli tikkontesta għall-Kap tal-Partit Konservattiv, sabiex mill-aktar fis possibli jkun hemm Gvern stabbli.
L-istess Andrea Leadsom, it-Tnejn, talbet skuża għall-kliem dispreġġjattiv li qalet lejn Theresa May, fejn stqarret li l-fatt li hi omm tagħmilha kandidata aħjar biex tmexxi l-pajjiż.
Andrea Leadsom kienet favur li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fir-Rederendum tal-Brexit aktar kmieni din is-sena.
B’hekk, r-Renju Unit jista’ jkollu Prim Ministru ġdid sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
//= $special ?>