Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li qabeż fil-baħar u ġie fuq il-blat

Raġel li kien qed jgħum spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li qabeż fil-baħar u spiċċa fuq xi blat.

Skont informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar ġewwa x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex. Ir-raġel għandu 37 sena u hu mis-Serbja.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei minnufih wara l-inċident fejn hemmek ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin waqt li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li appuntat inkjesta dwar il-każ.

Xhieda fuq il-post li raw l-inċident iseħħ qalu li r-raġel ta’ spiss kien ikun f’din iż-żona.