Grupp ta’ priġunieri mmanettjati ‘ħarbu’ minn ċella ġo ħabs fl-Amerika għal raġuni nobbli – biex isalvaw il-ħajja ta’ gwardjan li tah attakk tal-qalb.
Il-gwardjan kien bilqgħeda quddiem iċ-ċella tal-priġunieri meta f’daqqa waħda waqa’ mal-art minħabba l-attakk tal-qalb. Malli raw hekk, il-priġunieri bdew jgħajjtu għall-għajjut – iżda kien kollu ta’ xejn.
Kien għal din ir-raġuni li l-priġunieri, madwar tmienja b’kollox, irnexxielhom joħorġu miċ-ċella biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-gwardjan u jsejjħu għall-għajnuna. Kollox jindika li l-gwardjan issa jinsab f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa.
//= $special ?>