Ħadd ma weġġa’ meta nar ħakem għalqa f’Ħal Qormi. In-nar kien ikkawżat minn ħaxix li skont informazzjoni mill-Pulizija ma jidhirx li tqabbad apposta.
Il-Pulizija kienu infurmati bin-nar għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar u fuq il-post minnufih marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar f’qasir żmien.
L-għalqa tinsab fi triq Ħal Luqa f’Ħal Qormi u hija propjetà tal-Gvern. Id-daħna kbira li rriżultat min-nar deheret minn diversi postijiet f’Malta.