Internazzjonali

Intervent militari kontra t-traffikanti tal-bnedmin

Il-forza militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran, magħrufa bħala Eunavformed, daħlet fl-azzjoni kontra t-traffikanti tal-bnedmin ibbażati fil-Libja.
Ħidma li fiha tliet traffikanti kienu arrestati u mwasslin Sqallija abbord il-bastiment tal-gwerra Ġermaniż, il-Werra. Dan wara li l-lanċa li kienu fuqha ntlemħet minn ajruplan mil-Lussemburgu li qed igħin fil-ħidma, waqt li kienet qed teskorta dinghy b’146 immigrant abbord.
Dan l-intervent seħħ hekk kif in-NATO ħabbret li se tibda tgħin lill-Unjoni Ewropea biex issib tarf il-kriżi tal-immigrazzjoni barra l-kosta Libjana.