Sewwieqa li dalgħodu kienu għaddejin mill-inħawi tal-Kottonera lejn il-Marsa sabu ma wiċċhom traffiku kbir. F’ħin minnhom, il-karozzi damu staġnati għal aktar minn siegħa.
Jidher li s-sitwazzjoni affetwat l-aktar l-inħawi tal-Marsa, Santa Luċija, Raħal Ġdid, u Bormla. Ħafna qalulna li dan kollu ġie ikkawżat minħabba li reġa’ ingħalaq Baċir Numru 7 illi kien jintuża’ minn bosta sewwieqa bħala rotta alternattiva lejn il-Belt Valletta.