Diversi ħbieb u qraba ta’ Nick Agius, iż-żagħżugħ ta’ 27 sena li lbieraħ tilef ħajtu f’inċident bil-mutur, matul l-aħħar sigħat ħallew messaġġi ta’ dieqa fuq Facebook.
Fost l-għexieren ta’ kummenti, uħud mill-ħbieb u qraba qalu li Nick kien persuna paċenzjuż u ġeneruż. Oħrajn kitbu li ma jistgħux jemmnu din l-aħbar ħażina u li jimmisjawh ħafna. Xi ħaġa li spikkat fost il-messaġġi fuq Facebook jiddiskrivu lil Nick bħala persuna tal-affari tiegħu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-9.30 tal-bieraħ filgħaxija, u jidher li l-ġuvni tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel ġo ħajt. Il-ġuvni ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Involuta fl-inċident kien hemm tfajla ta’ 24 sena li kienet passiġġiera fuq l-istess mutur. It-tfajla qed issoffri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu li titlef ħajjitha.
//= $special ?>