Wara li William Chetcuti rebaħ it-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap, issa kien imiss lil Nathan Lee Xuereb li jġib unur ieħor għal Malta u għalih personali meta rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Kampjonat Ewropew tal-Juniors f’Lonato l-Italja.
Fis-semifinali, Xuereb spiċċa fl-ewwel post b’total ta’ 29 plattina minn 30, bit-Taljan De Foresta jispiċċa fit-tieni post wara li għeleb l-isfida ta’ Kamil Khusaenov tar-Russja u James Dedman tal-Gran Brittanja permezz ta’ shoot-off. Fil-finali għal midalja tad-deheb, il-Malti laqat 28 plattina minn 30 filwaqt li t-Taljan laqat 24 plattina biss, bir-Russu Khusaenov jispiċċa fit-tielet post.
//= $special ?>