Lokali

Raġel jinstab ħati ta’ stupru

Raġel ta’ 34 sena mill-Giunea kien kundannat disa’ snin ħabs u mmultat €11,000 wara li nstab ħati li stupra mara Maltija ta’ 28 sena f’Paceville fl-2014.

Jirriżulta li r-raġel inqabad mill-pulizija tar-Rapid Interveniton Unit li kienu fuq xogħol ta’ ronda fi Triq San Ġorġ f’Paceville.

F’dak il-ħin l-pulizija semgħu mara tgħajjat għall-għajnuna. Il-pulizija rnexxielhom jaqbdu lir-raġel u arrestawh fl-Għassa ta’ San Ġiljan iżda hu ħarab u nqabad tliet ijiem wara f’Buġibba.

Minbarra l-akkużi tal-istupru, ir-raġel mill-Giunea kien akkużat ukoll li ħebb għall-pulizija, li ħarab lill-pulizija, li sawwat prostituta u li kiser il-kundizzjonijiet tal-qorti.

Ballde kien ġie Malta fuq dgħajsa tal-immigranti rregolari fl-2007.