Residenti tal-Kalkara jinsabu rrabbjati għall-fatt li t-toroq tal-lokalità qed jispiċċaw b’siringi mormija kullimkien.
Dawn ir-ritratti juru numru ta’ siringi mormija, uħud minnhom jidhru li setgħu kienu użati, wara l-Knisja tal-Kalkara fuq taraġ ta’ bini privat.
Skont ir-residenti ta’ din il-lokalità, din mhijiex l-ewwel darba li ntlemħu siringi mormija mal-art fil-Kalkara – indikazzjoni ta’ persuni li jħossuhom komdi jieħdu d-droga qalb il-bini residenzjali.
“Il-Pulizija u l-Kunsill Lokali għandhom jieħdu azzjoni dwar dawn l-affarijiet” qed jinsistu r-residenti li fuq il-media soċjali qed jesprimu r-rabja tagħhom waqt li jitolbu azzjoni. Partikolarment hemm biża’ li anzjani jew tfal żgħar jaqgħu fuqhom jew imissuhom.