Lokali

Wara l-mewt ta’ missier fl-Għadira, jitwaħħlu t-traffic lights

Wara d-dewmien biex  jitwaħħlu traffic lights fit-triq tal-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa, dalgħodu ġew installati t-traffic lights, minkejja li l-istess arbli kienu ġew imwaħħla fil-post numru ta’ ġimgħat ilu.

Sfortunatament, l-azzjoni biex twaħħlu dawn it-traffic lights saret wara l-inċident ta’ nhar is-Sibt fejn Andre Debattista, missier ta’ żewġt itfal, tilef ħajtu wara li ttajjar fl-istess triq.

Andre Debattista

andre

Hekk qalet il-paġna ta’ Facebook ‘The Malta DashCam Survivor -MDCS’, fejn flimkien ma’ ritratti tal-installazjoni l-ġdida fl-Għadira, huma stqarru li hi ta’ sfortuna li kellu jsir inċident traġiku li fih kellu jitlef ħajtu xi ħadd biex wara kellha tittieħed azzjoni.

pjimage