Illejla fis-6pm se ssir mixja ta’ protesta l-Belt kontra l-vjolenza lejn il-mara. Il-protesta bl-isem ta’ ‘One Too Many’ se ssir wara l-omiċidju ta’ Eleanor Mangion Walker li seħħ ftit tal-jiem ilu.
L-għan prinċipali tal-protesta hu li titqajjem iktar kuxjenza dwar il-mara u sabiex tonqos il-vjolenza domestika fuq il-mara. Madanakollu, il-protesta se tkun ukoll qed tappella lill-Gvern sabiex jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Istanbul mingħajr iktar dewmien.
Il-mixja ta’ protesta se tibda’ minn quddiem il-bini tal-Parlament u tibqa’ sejra sal-Pjazza San Ġorġ. Kull min jattendi hu mħeġġeġ jilbes il-kuluri oranġjo jew vjola u jieħu miegħu sinjali bil-messaġġ li jrid iwassal.
//= $special ?>