Internazzjonali

Aġġornata bil-filmati u ritratti: Ħabta bejn żewġ ferroviji fl-Italja

Tnax-il persuni mietu waqt li għexieren oħra ndarbdu f’ħabta bejn żewġ ferroviji fl-Italja.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am bejn Bari u Barletta meta żewġ ferroviji kienu għaddejjin fuq l-istess linja fid-direzzjoni opposta u dan wassal għall-ħabta frontali bejn il-ferroviji.

Fuq il-post issejħu membri ta’ salvataġġ li qed jippruvaw joħorġu n-nies li jinsabu maqbuda fil-ferroviji. Fuq il-post intrama spazju fejn se tingħata l-ewwel għajnuna medika iżda wħud mill-persuni salvati qed jittieħdu l-isptar permezz tal-ħelikopter. Skont rapporti tal-midja internazzjonali, il-kaptan tad-dipartiment tal-brigada ta’ Andria, Riccardo Zingaro qal li jaħsbu li huma ħafna iktar dawk li tilfu ħajjithom.

Għalkemm xejn għadu m’hu konfermat, huwa maħsub li r-raġuni wara dan l-inċident huwa żball uman. Filfatt, waħda miż-żewġ ferroviji suppost kellha tieqaf u tistenna d-dawl aħdar qabel ma bdiet miexja.

Minn fuq l-istess linja li seħħ l-inċident, jgħaddu madwar 200 ferrovija kuljum lejn il-belt ta’ Bari u bħalissa qed issir ħidma biex issir it-tieni linja tal-ferrovija.

13659156_1740090999601645_5987354377633660243_n

13620077_1740090979601647_1581252192779968833_n

13631421_1740090972934981_3560885647042345892_n

13600070_1740090929601652_4232786237343588926_n

“Dan hu mument ta’ dieqa” – Il-PM tal-Italja 

Il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi tkellem dwar dan l-inċident u qal li dan l-inċident hu mument ta’ dieqa għall-Italja kollha. Saħaq li x-xogħol għandu jibqa’ għaddej sakemm tiġi identifikata r-raġuni għala seħħ dan l-inċident.

Iktar dettalji delwaqt.