Kwazi f’nofs ġimgħa oħra, resqin lejn nofs ix-xahar, u l-ħaddiema tal-Air Malta għadhom fil-limbu.
Dan l-istazzjon huwa infurmat illi illum il-Union tal-Cabin Crew issejhet għal laqgħa mal-Ministru Edward Zammit Lewis – laqgħa li matula ma ħareġ xejn ġdid.
Is-sorsi tagħna iddeskrivew din il-laqgħa bħala waħda xotta ħafna. Ic-chairperson tal-Air Malta Maria Micallef ma kinitx prezenti għal-laqgħa.
Fit-taħdidiet mal-cabin crew ma ssemma’ xejn dwar l-Alitalia u l-proċess li għaddej biex din il-linja Taljana tixtri l-Air Malta.
Intant, matul il-jum sar magħruf ukoll illi l-Air Malta ressqet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-bdoti tal-kumpanija membri tal-ALPA. L-Air Malta qed tghid illi l-bodti m’għandhomx isejjħu azzjonijiet industrijali bħalissa, l-aktar f’dan iż-żmien delikat meta għaddejin id-diskussjonijiet mal-Alitalia.
Il-mandat intlaqa’ b’mod porvizorju. Deċizjoni finali mill-Qorti se tittieħed fit-22 ta’ Lulju.
Fl-istess jum ħarġet stqarrija mill-ALPA fejn intqal illi l-Assocjazzjoni tal-Piloti mhux se jħallu l-mejda tad-diskussjonijiet.
//= $special ?>